F’Malta ġie rreġistrat l-ogħla numru ta’ każijiet attivi b’940, dan ġie ppublikat fuq il-paġna ‘Saħħa’. Illum instabu 111 każijiet ġodda u 52 fiequ. F’Malta lbieraħ saru 2761 test tal-Covid-19.
Sadanitant dalgħodu l-Assoċjazzjoni MAPHM appellat lill-gvern biex issir xi ħaġa u ttieħed responabilità filwaqt li jiżdiedu l-miżuri. MAPHM qalet li f’Malta għandna numru kbir ta’ pazzjenti ġewwa l-ITU sa mill-bidu tal-pandemija u ħafna huma taħt is-sittin sena. Skont din l-assoċjazzjoni, Mater-Dei ser tkun qed tiftaħ it-tielet ITU bi pjan ta’ kontinġenza u l-operazzjoni qedgħin jiġu mħassra għax mhemmx post biżżejjed. MAPHM qalet, “Jekk il-miżuri tas-saħħa mhux ser jerġgħu jiġu fis-seħħ, ir-rata tal-mwiet ser togħla u ħafna mill-għeżież tagħna mhux ser jagħmluha sal-Milied!”
MAPHM qalet ukoll li jeħtieġ li jsiru dawn il-miżuri illum qabel għada;
- L-użu tal-maskra ikun il-ħin kollu, trid tgħatti ħalqek u mnieħrek eżatt xħin toħroġ minn darek.
- Meta tmur iżżur lil xi ħadd tgħannaqx u tbusx! Agħmel ftit ħin possibli u żomm id-distanza u dejjem bil-maskra.
- Jekk possibli uża t-telework
- Uża e-learning fejn hu possibli
- Agħżel fejn tiekol b’mod għaqli
- Uża servizzi ta’ xiri online
- Evita’ l-folla
- Mhux ħin li torganiżża festini tal-Milied jew Halloween.
- Agħmel eżerċizzju waħdek
- Tlaqqam bil-vaċċin tal-influwenza
- Meta tkun fil-kju, ilbes il-maskra u oqgħod b’distanza
- Aħsel idejk ta’ spiss
- Toqgħodx tmiss wiċċek u ħalqek għal kull ħaġa ta’ xejn
- Jekk marid ċempel 111
Kompli aqra HAWN.