Fi Frar li għadda konna diġà ktibna dwar Luke Bugeja Gauci; iż-żagħżugħ li qed jipprometti sew fil-qasam taż-żfin. Inzerta kien qed jiċċelebra għeluq sninu. Illum Luke qed jiċċelebra avveniment ieħor importanti; intagħżel biex jibda jistudja fi Zurich.
Fi Zurich, Luke ser isegwi degree’ course fuq medda ta’ 3 snin fejn fit-tielet sena, ikolli ‘internship’ ma’ kumpanija, jiġifieri jaħdem bħala esperjenza b’din l-arti. L-Università jisimha ZHDK. Luke intagħżel minn video audition.

Ritratt: Facebook/ Luke Bugeja Gauci
Minn Gwida.mt, kellimna lil Luke fejn qalilna li jinsab eċitat u rringrazzja lil dawk kollha li jissapportjawh speċjalment The Dance Workshop li tawh l-appoġġ kollu b’mod kontinwu. Awguri Luke!
Ritratt: Facebook/ Luke Bugeja Gauci