It-telfa ta’ Jesmond fil-komunità ta’ Bormla nħasset mhux ftit. Jesmond kien attivist u tista’ tgħid li kont se ssibu hemm, f’xi ħaġa jew oħra. Kien kburi li kien minn Bormla u kien jieħu r-regatta bis-serjetà mmens. Il-ħabib tiegħu Joseph Scerri, kiteb poeżija sabiex ifakkar lill-ħabib tiegħu u jagħti ġieħ il-memorja tiegħu wkoll.
Aħna ddeċidejna li naqsmu magħkom il-kliem mill-qalb li kiteb Joseph. Kliem li ċertament ifisser ħafna. F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, insellmu l-memorja għażiża ta’ Joseph u nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli. Strieħ fis-sliem Jesmond u kopli ħares lill-għeżież tiegħek.
Lil Sieħbi Jesmond
Żewġ versi sejjer niktiblek
b’rispett il-ħbiberija tagħna
dieqa kbira ħallejtielna
li llum inti m’għadekx magħna.
Qatt ma bsarna li dan ser jiġri
li nitilfu ħabib sinċier
niftakru minn xiex għaddejna
niftakru kemm kont ċajtier.
Għall-festa u għar-regatta
kont ittiehom l-attenzzjoni
ejja Blues b’kuraġġ kont tlissen
u mill-qalb Viva l-Kunċizzjoni.
Bormla kollha ddispjaċuta
ħallejt lil kullħadd bla kliem
Jesmond f’qalbna għal dejjem tibqa’
sakemm niltaqgħu strieħ fis-sliem.