Aktar kmieni llum tħabbar fuq il-paġna uffiċjali ta’ Min Imissu? li l-kantanta Andreana DeBattista ser ikollha rwol ġdid.
Fil-filming li għaddej bħalissa ta’ din is-sensiela jidher li Andreana ser tkun qiegħda tinterpreta karattru ġdid, bl-isem ta’ Anna. Karattru simpatiku u dħuli. Jidher biċ-ċar li ser jintlaqat mhux ħażin!
Insiru nafu wkoll ħjiel dwar x’ser ikunu qed jagħmlu atturi bħal Stephen Mifsud, Claire Magro, Brandon Terribile u Lara Azzopardi. Segwu aktar f’dan il-filmat.
Facebook/ Andreana DeBattista