“Illum Irċevejt Waħda Mill-Agħar Telefonati Ta’ Ħajti” – William Mangion Isellem Il-Memorja Ta’ Ħabib Għażiż Tiegħu

William Mangion kiteb messaġġ ta’ niket fuq il-paġna tiegħu. Dan il-messaġġ iddedikah bħala tislima lill-ħabib għażiż tiegħu David li mar jiltaqa’ mal-Mulej.

Hu kiteb, “Illum irċevejt waħda mill-agħar telefonati ta’ ħajti. Il-ħabib għażiż tiegħi James Vella Bray ċempel biex jgħidli li ħuh, li ili ħbieb miegħu ħajti kollha u nħossu qisu ħija, David Vella, ħalliena llum. Nikteb dan il-messaġġ b’qalb maqsuma. David ma kienx biss ħabib għalija. Kien qisu familja. Kien l-ewwel persuna li ispirani biex nibda ndoqq il-mużika, meta kelli biss tmien snin. Il-passjoni tiegħu xegħel raġġ ta’ dawl fija li qatt ma ntefa.”





Żied jgħid, “David kien ukoll se jkun parti mill-banda tiegħi dan is-sajf, meta nirritorna Malta għall-kunċert ta’ ġieħ lil Joe Cocker. Tinskisirli qalbi nirrealizza li mhux ħa jkun magħna, imma ħajtu u l-legat tiegħu se nonorahom fuq il-palk waqt il-kunċert fis-27 t’Awwissu. Sfortunatament, minħabba diffikultajiet tekniċi, mhux se nkun nista’ nattendi l-funeral tiegħu u nagħtih it-tislima li jistħoqqlu. Imma David dejjem se jibqa’ f’qalbi. Lill-familja Vella li kollha kienu jafu u jħobbu lil David, nagħtikom il-kondoljanzi minn qalbi.”

Temm kliemu billi kiteb, “Nitlob li Alla jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem. Strieħ fil-paċi għażiż David. In-nuqqas tiegħek se jinħass iżjed milli jistgħu jesprimu l-kliem. Sakemm nerġgħu niltaqgħu.”

 

Facebook / William Mangion



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI