Għalkemm s’issa l-maltemp jidher li batta ftit meta kkumparat mal-bieraħ, xorta waħda ma telaqx għal kollox.
Fuq il-paġna Aġġornament tat-temp għadu kemm tħabbar avviż dwar riħ qawwi li għandna nistennew. Jidher li mit-15:00 sal-23:00 ser jaħkimna riħ qawwi li jilħaq il-Forza 8. Din il-paġna wissiet lill-pubbliku biex jevita l-kosta fejn jaħkem il-Grigal.
Importanti li kulħadd jagħti kas ta’ dan l-avviż u joqgħod attent fejn imur minħabba l-periklu li jista’ jġib miegħu dan ir-riħ.