L-Attur Jamie Cardona Bi Rwol Ġdid! Awguri

Bidu ġdid għaż-żagħżugħ Jamie Cardona li ħafna jafuh bħala attur. Jamie ingħaqad ma’ tim kbir ta’ preżentaturi fuq ir-radju fuq 89.7 Bay. Lil Jamie ser inkunu qed nisimugħ s-Sibt u L-Ħadd bejn is-13:30 u t-15:30. Appart Jamie, ingħaqdu wkoll diversi preżentaturi u wċuħ ġodda.





Illum l-istazzjon Bay biddel l-emblema tiegħu u nieda skeda ġdida, friska u eċitanti. Skont l-aħħar survey tal-Broadcasting Authority, Bay irriżulta bħala stazzjon numru wieħed b’udjenza ta’ 22.75%. L-emblema l-ġdida hija b’saħħitha u kurrenti li tirrifletti l-identitá tal-istazzjon. Awguri lit-tim u kull min hu involut. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI