Il-paġna uffiċjali tal-Arċdjoċesi ta’ Malta kitbet dwar xi żjarat li għamel l-Arċisqof Charles Scicluna fi żmien ir-randan.
Kitbu, “Matul iż‑żmien tar‑Randan, żmien li jistedinna nieqfu, nirriflettu u nkunu qrib il‑persuni fil‑bżonn, l‑Arċisqof Charles Scicluna għamel żewġ żjarat pastorali f’Birkirkara, fejn qatta’ ħin mal‑persuni li jibbenefikaw mis‑servizzi ta’ Dar Papa Franġisku, u mas‑saċerdoti anzjani fid‑Dar tal‑Kleru. Dar Papa Franġisku toffri ħafna iktar minn ikla bnina. ‘Dar Papa Franġisku mhix biss post ta’ kenn u dinjità iżda sservi ta’ pont għal ħajja iktar indipendenti,’ qal l‑Arċisqof.”
Żiedu, “It‑tieni żjara pastorali tal‑Arċisqof Scicluna kienet lis‑saċerdoti anzjani fid‑Dar tal‑Kleru. Iż‑żjara bdiet b’quddiesa mas‑saċerdoti residenti, li matulha ħadu sehem ukoll studenti mill‑Kulleġġ ta’ Santa Klara li qattgħu ġurnata volontarjat fid‑Dar.“
Facebook / Archdiocese of Malta