Danita ta’ One Chick and a Yorkie qasmet mas-segwaċi tagħha, sitwazzjoni li saret tgħaddi minnha ta’ spiss. Hi saret tirċievi kummenti li jikkritikaw lilha nnifisha bħala omm fosthom, “ħallih aktar ma’ ommok dak it-tifel” u “oħroġ waħdek ħalli tirrilassa u tieħu break.”
Hi tgħid li kummenti bħal dawn saru jinfluwenzawha ħafna u saret tinkwieta li qiegħda tagħmel xi ħaġa ħażina. Pero fl-opinjoni tagħha, “jekk it-tifel ma jibkix għal ommu għal min tridu jibki?” Hi twieġeb għal dawn il-kummenti billi tgħid li la binha jieħu gost iqatta’ l-ħin magħha u anki hi miegħu, ma tarax għalfejn għandha tħossha ħażina.
Danita tispiċċa l-messaġġ tagħha billi tgħid, “jekk naraw li għandna t-tfal daħkana u kuntenti mela ma għandna nkwiet ta’ xejn!”
Intom taqblu magħha?