Ilbieraħ Jasmine ħadet sorpriża sabiħa ħafna meta duo popolari mill-Amerika ixxerjaw filmat tagħha tkanta fuq instagram stories tagħhom. Id-duo hu magħmul minn Chloe u Halle Bailey li jirrekordjaw taħt l-isem Chloe x Halle, aħwa minn Atlanta li mxew għal Los Angels fl-2012.

Huma ġew skoprejt minn Beyoncé u ffirmathom mat-tikketta tagħha, Parkwood Entertainment. Id-duo kiseb iktar prominenza wara li ħa sehem fis-sitcom Grown-ish u ħarġu l-album debuttanti tagħhom The Kids Are Alright, (2018) li għalih kisbu żewġ nominazzjonijiet għall-Grammy Awards għall-Aħjar Artist Ġdid u l-Aħjar Album Kontemporanju Urban.
Aħna tkellimna ma’ Jasmine fejn qaltiln, “Qatt ma stennejt li kienu ħa jagħmlu repost ta’ story tiegħi meta tikkunsidra kemm huma popolari. Min jaf kemm jittagjawhom u jibagħtulhom nies! Kif tfajt il-post fuq l-istory tiegħi wara xi siegħa bagħtuli reaction lura imbagħad għamlu repost xi 5 minuti wara wara.”

Jasmine tkompli tgħidilna, “Xħin għamluli r-reaction diġà fraħt ħafna, tista’ timmaġina kemm fraħt xħin għamlu r-repost! Artisti li vera nammira.” Id-duo popolari għandi 3.4 miljuni segwaċi fuq instagram tagħhom, dawn is-segwaċi faċilment setgħu jammiraw lil Jasmine u l-interpretazzjoni tagħha ta’ parti żgħira mill-kanzunetta tagħhom.