Permezz ta’ poeżija emozzjonali l-kantant, pjanist u magician magħruf Aleandro Pace Tahir illum sellem il-memorja ta’ xi ħadd speċjali li m’għadux magħna. Kull sena hu jfakkar dan il-jum diffiċli iżda din id-darba b’mod speċjali mmens.
“Nannu minn qalbi nirringrazzjak
ta’ kemm żammejtni f’ħoġrok meta kont tarbija,
ta’ kemm ħadt ħsiebi tul it-tfulija
Ma’ djulek fil-garaxx, memorji kemm ngħożż”.

Fil-fatt Aleandro ddedika għaxar strofi lin-Nannu Leli, li seba’ snin ilu ġarrab it-telfa tiegħu. Dan mhux biss kien nannuh, iżda wkoll wieħed mill-aqwa segwaċi tiegħu għax ma kienx jitlef okkażjoni waħda fejn kien jidher l-għażiż neputi Aleandro.
“Kemm ċapċaptli waqt xi xow,
kemm rajtek ferħan
b’dik id-daħka fuq wiċċek
u jdejk ‘il fuq”
Isemmi fost l-oħrajn memorja speċjali li ma jista’ qatt jinsa’. Fil-fatt Aleandro kien għan-Nannu Leli “is-serduk” fil-familja.
“L-unika ġuvni fost il-kuġini,
għalik nibqa’ s-serduk”.
Aħna min-naħa tagħna nixtiequ ngħidu lil Aleandro u lill-familja kollha jagħmlu kuraġġ f’dawn il-mumenti fejn iġeddu tant tifkiriet, u fl-aħħar u mhux l-inqas prosit kbira għal din il-kitba li ġejja mill-qalb!
Facebook/ Aleandro Pace Tahir