Jitwaqqaf ‘Working Group’ Sabiex Jinħoloq Pjan Ta’ Kif Jistgħu Jiġu Ċċelebrati L-Festi Għas-Sena D-Dieħla

L-Għaqda Każini tal-Banda ħarġet stqarrija fejn intqal li għadu kif jitwaqqaf grupp sabiex isir pjan ta’ kif jistgħu jiġu ċċelebrati l-festi għas-sena d-dieħla wara li issa dawk id-dilettanti kollha tal-festi ilhom sentejn ma jiċċelebraw il-festi b’mod normali bħal qabel il-pandemija.

“L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda waqfet working group ta’ azzjoni wara li ma ħadet ebda tweġiba għat-talbiet tagħha mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika biex jinbdew id-diskussjonijiet għall-festi mis-sena 2022.”

Il-mira hi li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, dan il-grupp ikollu l-pjan imfassal li ser jiġi ppreżentat lil-Awtoritajiet tas-Saħħa.





Din l-għaqda reġgħet ħeġġet lill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jagħtu widen għall-ittri li ntbagħtu dwar dan u għadhom mhux imwieġba

Facebook / Soċjetà Mużikali Trinita Qaddisa Marsa A.D. 1949 / Għaqda Madonna Tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar AD 1883



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI