Illum se jixxandar l-aħħar programm ta’ Sibtek għal din l-iskeda u għalhekk se jkun programm aktar speċjali mis-soltu. Fosthom ħa jkun hemm bosta intervisti differenti kif ukoll xi sorpriżi. Mistednin fuq il-programm se jkun hemm numru ta’ kantanti lokali li se jagħmlu spettaklu.
“Skeda li żgur mhu se ninsew qatt. Grazzi li bqajtu tgħażlu lilna bħala l-għażla naturali… Niltaqgħu ma ndumux,” ġie miktub fuq il-paġna uffiċjali ta’ Sibtek fuq Facebook.
Sibtek illum se jkun fis-12:45pm fuq TVM. Titilfux!
Facebook/Sibtek