Il-Kalkara Tibki T-Telfa Ta' Waħda Minnhom – Is-Sinjura Catherine Caruana

Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina, ftit tal-ħin ilu ħabbar li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem is-Sinjura Catherine Caruana. Dawk li attendew l-iskola tal-Kalkara żgur li jiftakruha lil Miss Caruana.





Kienet ukoll l-għalliema tal-istess sindku. Wayne fuq il-paġna tiegħu kiteb, “Tislima lil Mrs Catherine Caruana. Waħda mill-għalliema tiegħi meta kont nattendi fl-iskola Primarja tal-Kalkara. Bħalma għalmet lili, l-istess għamlet ma’ bosta tfal, Kalkariżi. Grazzi tal-edukazzjoni li tgħajtna. Kondoljanzi lill-familja kollha.”

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ningħaqdu ma’ Wayne u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tagħha. L-għalliema għandhom irwol importanti mmens fil-ħajja tal-istudenti u għalliema tajba tħalli impatt tul ħajjet dak li jkun.

Strieħ fis-sliem Miss Caruana.

Facebook / Catherine Caruana



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI