Impressjonanti Tassew – Skultura Fit-Tafal Minn Materjal Naturali!

Raphael Mizzi, isem sinonimu għall-arti naturali. Xi jiem ilu beda jdur ritratt fuq il-mezzi soċjali ta’ figura fit-tafal! Figura impressjonanti tassew!





Raphael qasam ir-ritratti u jgħid, “Din hija l-ewwel figura life-size tiegħi fit-tafal, li tlestiet mingħajr dettalji fi 15-il siegħa fuq jumejn fil-bajja ta’ Għajn Tuffieħa bl-użu ta’ materjali organiċi li nstabu fuq il-bajja, inklużi ħbub tafal imħallta mar-ramel, ġebel u injam.”

Hu jgħid li l-qies tagħha hu 150cm x 60cm u kien immudellat fuq l-iskultura ta’ Bacchantes. Hu jkompli jgħid, “Grazzi lil dawk li appoġġjawni matul il-proċess u li jħeġġuni nagħmel iktar. Kien ta’ pjaċir li niltaqa’ ma’ nies fuq il-post, minn tfal żgħar kurjużi għal dawk li jħobbu l-arti. Nispera li dan iġib ispirazzjoni għal oħrajn biex isegwu.”



Iżda dik mhux l-unika xogħol tiegħu li ntlemħet. Soraya ltaqgħet ma’ bust ieħor minn tiegħu! Jekk tilmaħ xi skultura viċin il-baħar, hemm ċans li tkun xogħol minn tiegħu!

Facebook / Raphael Mizzi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI