Neil Agius Mistenni Jasal Qabel Il-Ħin Previst – Sejjer Turih Is-Sapport Tiegħek?

Għawma bejna Sqallija u Malta żgur mhux ċajta, iżda Neil Agius kien determinat li jagħmilha sabiex ikompli jwassal il-missjoni ta’ Wave of Change u dak li jkun jiġbor kemm jista’ jkun skart mill-baħar u minn ħdejn il-bajjiet pretiġġjużi tagħna.





Jidher li l-kurrent kien favur l-għawwiem Malti tul din l-għawma u b’hekk ftit tal-ħin ilu ġie mħabbar li hu mistenni jasal ix-xatt ta’ San Ġiljan, sewwa sew fil-Waterpolo & Aquatic Club bejn id-09:00 u l-10:30 ta’ dalgħodu.



Ikun ġest mill-isbaħ li jsib numru ta’ nies jistennewh sabiex juruh rikonoxximent ta’ din l-għawma diffiċli li għamel biex iqajjem aktar u aktar għarfien dwar dak li niltaqgħu miegħu ta’ kuljum.

Facebook / Wave of Change

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI