"Wara 7 Xhur Twal, Enzo llum… Il-Pass Li Jmiss Biex 'Il Quddiem Jiġi D-Dar" – Carmen Gusman, Mart Enzo

Il-mara tal-maħbub Enzo Gusman, Carmen xeħtet żvilupp ġdid dwar il-kundizzjoni ta’ żewġha. Ħafna personalitajiet lokali u anke Maltin, spiss isaqsu dwar il-kundizzjoni ta’ Enzo u bosta ferħu ferm xħin semgħu l-vuċi tiegħu fuq ir-radju grazzi għal Tony Micallef fuq Radju Malta.

Carmen qalet, “Wara 7 xhur twal, Enzo llum, fl-aħħar sejjer Lyndhurst Rehab Centre, il-pass li jmiss tiegħu biex ‘il quddiem jiġi d-dar! Il-kuraġġ u l-fidi tiegħu huma inkredibbli! Jekk joġgħbkom żommuh fit-talb tagħkom! Huwa jirringrazzjakom ilkoll talli ħadtu ħsiebu!”

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida, inkomplu ngħidu lil Enzo jagħmel kuraġġ u nħeġġu lill-Maltin iżommuh fit-talb tagħhom.





Facebook / Carmen Gusman



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI