Fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook il-kunsilliera Martina Grech irrakkontat esperjenza li għaddiet minnha hekk kif din il-kreatura ċkejkna kienet mitlufa u hi kienet minn tal-ewwel li lemħitha.
“Ftit jiem ilu dan il-kelb ħelu tilef triqtu u mar fuq vjaġġ ftit ‘il bogħod minn daru. B’sorpriża kbira ħabbat fuq il-bieb it-tajjeb wara li spiċċa quddiem il-Ministeru responsabbli għall-Ħarsien tal-Annimali”. Minnufih hi ċemplet fuq 1717 u t-tim mill-Animal Welfare kienu pronti bagħtu għall-għajnuna.
“Grazzi tad-dedikazzjoni li għandkom lejn l-annimali u talli għentu lil dan il-kelb isib triqtu lura lejn id-dar tiegħu hekk kif tlabna l-għajnuna tagħkom”. Fil-fatt it-tim għamel dmiru bl-aħjar mod possibli hekk kif is-sidien ta’ dan iċ-ċkejken reġgħu ħadnuh magħhom fi ftit ħin wara.
Huma kkummentaw fuq dan il-messaġġ ta’ Martina Grech u wrew l-apprezzament lejha u dawk kollha li offrew ħinhom biex jgħinuh imur lura lejn daru.
“Kburija li naħdem ma’ tim bħal dan li għaliex id-dedikazzjoni li għandu lejn l-annimali dan il-ministeru hi ta’ barra minn hawn”. Aħna naqblu ma’ dan u nixtiequ min-naħa tagħna nifirħulhom għall-imħabba u rispett li juru lejn dawn il-kreaturi nnoċenti!