Illum Huwa L-Jum Internazzjonali Ta’ Dawk Li Jħobbu L-Birra!

Illum is-7 ta’ Settembru qed niċċelebraw il-Jum Internazzjonali ta’ dawk li jħobbu l-birra! F’din is-sħana, pinta birra tinżel għasel!

Il-birra u l-proċess tal-birra tmur lura għal żminijiet antiki fil-kulturi. L-artiġjanat tal-birra jġorr tradizzjonijiet sinjuri, li ħafna drabi jeħtieġu snin ta’ taħriġ u esperjenza fil-kummerċ filwaqt li l-metodi, il-ħbub u t-togħmiet ikomplu jinbidlu u jevolvu maż-żmien.

Biex niċċelebraw dan il-jum, ikun ideali li tmur tieħu birra ma’ xi ħbieb sakemm ix-xorb isir b’mod responsabbli!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI