Steve Aquilina, li nafuh għal programmi televiżivi li l-kumpanija tiegħu ttella’ tkellem dwar is-sitwazzjoni ta’ kmieni dalgħodu fuq il-vapur t’Għawdex. Steve qal li kien hemm madwar 14-il persuna fil-kafetterija u avolja kien hemm avviż li wieħed irrid jilbes il-maskra fuq il-vapur, kien hemm min injorah dan l-avviż.
Steve jgħid, sitt persuna ma kellhomx maskra u tnejn oħra kienu bil-maskra taħt imneħirhom. Tassew ħasra li sempliċiment avviż li mhux biss jista’ jsalvalek ħajtek imma jista’ jsalva l-ħajja ta’ ħaddieħor qed jiġi injorat!
L-istess kliem jistqarr Charles Van Maarschalkerweerd Borg ta’ Charles&Ron, fejn qal li fuq il-vapur ta’ aktar kmieni, is-sitwazzjoni kienet waħda simili. Ejja nkunu prudenti u naħsbu ftit f’xulxin.
Facebook / Gozo Channel Operations Limited