"Kelli Emozzjoni Kbira… Li Narahom Jinterpretaw L-Emozzjonijiet Li Għamilt Fiha Snin Ilu Kienet Verament Maġika." – Gillian Attard

Il-kantanta lokali Gillian Attard esprimiet is-sodisfazzjon u l-emozzjoni li ħasset meta l-kantanti li pparteċipaw fil-KKI 2024 ilbieraħ, kantaw il-kanzunetta tagħha Is-Sigrieti tal-Ħolqien.

“Ilbieraħ kienet esperjenza li ma ninsiex fil-ftuħ tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza! Kelli emozzjoni kbira meta rajt il-kantanti kollha jkantaw il-kanzunetta tiegħi, Is-Sigrieti tal-Ħolqien miktuba minn Joe Friggieri u Dominic Galea.”

Gillian tkompli, “Li narahom jinterpretaw l-emozzjonijiet li għamilt fiha snin ilu kienet verament maġika. Nirringrazzja minn qalbi lil dawk il-produtturi u lil kulħadd li kien involut. L-appoġġ tagħkom ifisser ħafna għalija!”

Prosit!





Facebook/ Gillian Attard



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI