Il-paġna ta’ Facebook Gerald Fenech Covid19 News Updates ftit ilu ħabbret li tul dawn l-aħħar 24 siegħa ma nstab l-ebda każ pożittiv tal-Coronavirus f’Malta. Ir-rata ta’ trasmissjoni niżlet għal 0.5.
Għalkemm din l-informazzjoni mhix uffiċjali u għad trid tiġi kkonfermata mid-diriġenti tas-saħħa aktar tard illum, tul dan l-aħħar jiem din il-paġna dejjem offriet informazzjoni korretta.