Sue Rossi; mara li tiġbdek lejha mal-ewwel darba li ssir tafha. Dħulija u ċajtiera u dejjem pożittiva. Illum qed tiċċelebra għeluq sninha. Bosta kienu dawk li awgurawlha fosthom il-kollega ħabiba antika tagħha, Claudia Calleja.
Sue Rossi għenet ħafna nies fil-qasam tal-moda u tat opportunitajiet kbar lil bosta żgħażagħ li minnhom, saru popolari u intiżi sew fil-qasam tal-‘modelling’. Ta’ min wieħed dejjem jammira kemm Sue baqgħet saqajha mal-art.
Sue Rossi għanda żewġ ulied; Valentina u Dean. Miżżewġa lil Frankie u hija l-organizzattriċi tal-Miss World Malta li ta’ kull sena, huwa avveniment mistenni bħala wieħed mill-ispettakli ċelebrattivi fil-kalendarju artistiku ta’ pajjiżna.

Ritratt: Facebook/ Sue Rossi
Awguri mingħandna Sue!
Ritratt: Facebook/ Sue Rossi/ Matthew Cutajar