Illum iċċelebra għeluq sninu l-Membru Parlamentari u l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonnett.
Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook qasam kitba li fiha esprima l-gratitudni li ħass għal ta’ madwaru f’dan il-jum. Hu kiteb “Grazzi lil kull min awgurali f’għeluq snini. Kienet ġurnata ta’ ħidma imma b’sorpriża ħelwa mingħand il-kollegi li, jkolli ngħid, jafuni sew.”
Fuq il-profil personali qasam ukoll ritratt ħelu ma’ wliedu, ilkoll lebsin ta’ karattri mis-sensiela Harry Potter, ftit mumenti qabel ma qasam il-kejjk biex jagħlaq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ġurnata mal-aktar nies għeżież għalih; il-familja.
It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lill-MP u Ministru Chris Bonnett f’dan il-jum!