Matul dawn l-aħħar seba’ snin ġiet organizzata l-attività annwali bl-isem ta’ ‘Tas-Sliema, Wirt u Niesha/Premju Ġieħ tas-Sliema 2021’. Din l-attività tiġi organizzata f’isem il-Kunsill Lokali Sliema.
Fl-edizzjoni tal-attività ta’ din is-sena, wieħed mill-premji li ġew mogħtija, ingħata lil Rina Camilleri u lir-raġel tagħha Michael Camilleri. Rina Camilleri hi attriċi popolari f’pajjiżna li ħadet sehem f’sensiliet televiżivi fosthom ‘Ħbieb u Għedewwa’, ‘Manwela’, ‘Imħabba Mill-Ġdid’ u ‘F’Salib It-Toroq’. Il-koppja Rina u Michael Camilleri ngħataw il-premju bħala Ġieħ Tas-Sliema.
Awguri kbira lil din il-koppja!