Huwa diffiċli li tifhem l-imħabba bla kundizzjoni bejn kelb u s-sid tiegħu jekk qatt ma kellek kelb qabel – iżda din il-filmat qasir mit-tieġ maġiku ta’ Caricia u Kevin Pisani Sammut juri din ir-rabta.
L-istorja tal-imħabba tal-koppja bdiet lura fl-2014. Sena wara li Caricia u Kevin bdew ir-relazzjoni tagħhom, iddeċidew li jġibu membru ġdid lill-familja – kelba bl-isem ta’ Kiki. Malajr wieħed jista’ jinduna x’rabta hemm bejn Caricia u Kiki meta wieħed iħares fuq Facebook tagħha.
Xhieda ta’ dan huwa l-fatt li Caricia u Kevin saħansitra għamlu ċert li Kiki kienet preżenti għall-aktar ġurnata importanti ta’ ħajjithom, it-tieġ tagħhom. Wara li l-miżżewġin il-ġodda qalu l-wegħdiet tagħhom u ċ-ċerimonja kienet waslet fi tmiem tagħha, Kiki ġriet il-passaġġ kollu biex issellem lis-sidien tagħha.
“Wieħed mill-aqwa mumenti fit-tieġ tagħna – li naraw dik l-imħabba pura fuq wiċċha, mingħajr ma tagħti kas in-nies kollha fil-knisja, sempliċement tiġri lejna,” kitbet Caricia.
“Dawk il-bews għal missierha jdewwibli qalbi,” kompliet tgħid. L-involviment tat-tieġ mhux mistenni ta’ Kiki żgur laqat ħafna u ħafna nies, hekk kif kważi mitt persuna ikkummentaw fuq il-post biex jesprimu l-imħabba tagħhom.
Nittamaw li nibdew naraw iktar klieb fit-tiġijiet wara l-parteċipazzjoni ta’ Kiki!
Facebook / Caricia Pisani Sammut