L-attur Ivan DeBattista ħabbar il-mewt ta’ zijuh fuq il-mezzi soċjali. Ivan kiteb, “Iz-ziju Nenu ħalliena! Ħasda dalgħodu hekk kif sirna nafu. Ħalliena mal-lejl! Għandi memorji sbieħ ta’ ħu missieri, il-kbir fil-familja, bil-ħanut tiegħu sewwa sew faċċata tal-mużew tas-subien, il-Gżira. Kien magħruf iktar bħala z-Zeppow!”
Hu kompla jikteb, “Kien jintasab ukoll bilqegħda fuq siġġu barra d-dar tiegħu, flimkien maz-zija, u l-hena tiegħu jitkellem ma’ kulħadd. L-għors tagħna ngħaddu minn hemm u noqogħdu nitkellmu miegħu. Raġel b’qalb kbira tassew. Insellmulek, Zi! Strieħ fis-sliem! Kondoljanzi lill-familja.”
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, inwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha u nittamaw li jsibu l-faraġ f’dan iż-żmien kemxejn diffiċli. Kuraġġ. Strieħ fis-sliem Nenu.