X'Għamlet Eżatt Ma' Bintha L-Ministru Tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli Dan L-Aħħar?

Kmieni dalgħodu, il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qasmet ritratt fuq il-paġna soċjali tagħha flimkien ma’ bintha minn ġewwa Wied Iż-Żurrieq. Ma kinux hemm jgħumu, kif ħafna jagħmlu f’dan iż-żmien tas-sena.





F’Wied iż-Żurrieq twaħħlet fekruna tal-ħadid fejn L-għan ta’ din il-fekruna hu wieħed interessanti ferm. Il-Ministru tgħid, “ġiet installata biex titqajjem iżjed kuxjenza dwar il-plastik u l-impatt li jħalli meta jispiċċa fil-baħar.”

Hi flimkien ma’ bintha Eliza tefgħu l-ewwel ftit plastik li sabu f’Wied iż-Żurrieq f’din il-fekruna. Nittamaw li naraw aktar fkieren madwar Malta u Għawdex u nies oħra jimxu fuq l-eżempju tagħhom. Prosit!

Facebook / Julia Farrugia Portelli



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI