“6 Snin Ilu Kont Sejra L-Isptar Mar-Raġel, Biex Inwelled It-Teżor Tagħna” – Gloriana Arpa Belli

Sitt snin ilu kienet ġurnata tassew speċjali għal Gloriana u s-surmast Aurelio Belli. Dan għaliex il-kopja laqgħu fi ħdanhom lil Alexandra, l-ewwel u l-unika wildt tagħhom. p>

Biex tfakkar dan il-jum għażiż, Gloriana qasmet numru ta’ ritratti matul is-snin taċ-ċkejkna u kitbet messaġġ tassew ħelu.

Hi kitbet, “Bħal-lum 6 snin ilu kont sejra lejn l-isptar mar-raġel, biex inwelled it-teżor tagħna, il-prinċipessa sabiħa tagħna Alexandra li qed tikber biex tkun tfajla mill-aħjar, li tħobb, intelliġenti u b’talent. Inħobbok sal-qamar u lura għal miljun darba.”

Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw lil Alexandra l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha sena mimlija b’ħafna affarijiet sbieħ.





Facebook / Gloriana Arpa Belli



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI