Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Heritage Malta ġiet ippublikata ittra miktuba żmien ilu minn Napuljun Bonaparti fejn ta ordni lill-General Desaix biex jgħaqqad il-flotta u jibgħatha fi vjaġġ lejn pajjiżna. Dak iż-żmien, madwar is-sena 1798, Malta kienet taħt l-Ordni Ta’ San Ġwann.
L-ittra hi ffirmata minn Napuljun innifsu fejn qed jordna biex dawk responsabbli jieħdu ħsieb li l-vapuri jkunu armati biex joqorbu lejn Malta.
Din sejba li tinteressak żgur jekk int midħla tal-istorja ta’ Malta.