Jekk se tgħaddi miż-żona tal-Marsa-Ħamrun Bypass illejla, jista’ jkun li jkollok tippjana bil-quddiem.
Infrastructure Malta ħabbret li: “Illejla mis-7 ta’ filgħaxija sa nofs il-lejl, il-ħruġ mir-roundabout ta’ taħt il-flyover tal-Marsa-Ħamrun Bypass fid-direzzjoni tal-Ħamrun se jkun magħluq għal xogħlijiet ta’ tħaffir, hekk kif qed inkomplu l-proġett ta’ titjib tar-roundabout u tal-flyover.”
L-awtorita issuġġerixxiet biex wieħed isegwi it-tabelli lejn ir-rotta temporanja minn Triq Nerik Sacco, fl-istess inħawi.
Facebook/Infrastructure Malta