L-Iskejjel Tal-Knisja Meta Ħa Jiftħu Eżatt?

L-Arċidjoċesi ta’ Malta ħabbret li l-ftuħ tal-iskejjel tal-knisja ħa jiġi pospost, “Ġie deċiż li l-edukaturi tal-iskejjel tal-Knisja jirritornaw fl-iskola tagħhom mid-data li diġà kienet stabbilixxiet l-iskola. Fiż-żmien sakemm l-istudenti jirritornaw l-iskola, l-edukaturi għandhom jiffamiljariżaw ruħħom mal-protokolli li se jintużaw u jkomplu bil preparazzjoni u t-taħriġ tagħhom għas-sena skolastika.”

Huma komplew jgħidu, “It-tmexxija ta’ kull skola se tagħti direzzjoni dwar dawn il-jiem u se tfassal pjan kif l-istudenti se jidħlu l-iskola bejn is-7 u l-14 ta’ Ottubru. Mhux ser ikun jista’ jsir tagħlim online sas-6 ta’ Ottubru. Dan kollu huwa skont id-direzzjoni maħruġa mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-MUT.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI