Wara l-aħbar li waħda mill-preżentaturi ta’ Kikkra Te, Mireille Bonello qed tistenna tarbija u li minħabba f’hekk se jkollha tieqaf tippreżenta l-programm, bdiet it-tfittxija għal preżentatriċi oħra!
Għalkemm Kikkra Te se jimmissja lil Mireille u l-memorji sbieħ magħha, issa jinsabu eċċitati biex jiżvelaw il-preżentatriċi l-ġdida. Permezz ta’ kompetizzjoni, il-preżentaturi l-oħrajn Valerie u Marco taw l-opportunità lis-segwaċi tagħhom sabiex jippruvaw jaħsbu min se tkun din il-preżentatriċi.
Għalkemm ħafna ħasbu li se tkun Stephanie Chircop, il-preżentatriċi l-ġdida ta’ Kikkra Te se tkun Marilena Gauci!
Tistgħu ssegwu Kikkra Te fuq Net Television mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-4.30pm sas-6.30pm.
Intom irnexxilkom taqtgħu l-preżentatriċi l-ġdida?
