“Għada Jum Speċjali, Għax Bħal Għada 43 Sena Ilu Twieled Tfajjel Ċkejken.” – Rachel Micallef

L-attriċi Rachel Micallef tikteb messaġġ lill-personal trainer Terry Azzopardi fuq il-mezzi soċjali biex tawguralu f’għeluq sninu. Lil Rachel kulħadd jaf kemm hi persuna ferrieħa u ċajtiera u ma setax jonqos li joħroġ dan anke fil-messaġġ li kitbet lil Terry.





Rachel tikteb, “Għada jum speċjali, għax bħal għada 43 sena ilu twieled tfajjel ċkejken. Kull sena, Alla jbierek, dan iż-żagħżugħ iġib ruħu mhux ħażin. Hawnhekk għandek daqxejn r-ritratti li ħadt matul din is-sena… u x’taħseb li ser ikun ir-rigal tiegħi? Flokk! Inħobbok immens u jalla jkollna l-opportunità li nqattgħu aktar snin flimkien.”

F’isem Gwida, nawguraw lil Terry l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollu jum mill-isbaħ u sena mimlija b’dak kollu li jixtieq.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI