"Daħlu Madwar 72,000 Vot Biex Jiġi Magħżul R-Rebbieħ" – Joseph Fuq Il-Finali Tal-Lejla Ta' Liquorish

Illejla ħafna qed jistennew bil-ħerqa l-finali tas-sittax-il edizzjoni tal-programm Liquorish. Din is-sena b’avventuri li ħallewna bla nifs. Joseph il-ko-preżentatur ta’ Andrea qalilna li din is-sena daħħlu rekord ta’ 72elf vot. 





“Inkredibbli! il-fatt li vvutaw madwar 72000 kienet xi ħaġa impressjonati” jgħidilna tajjeb Joseph. Illum mistenni li naraw filmati li qatt ma dehru qabel b’uħud minnhom komiċi mill-ħajja li għaddew il-parteċipanti l-Indoneżja. 

Il-parteċipanti kollha ser ikunu fl-istudjow flimkien ma’ Joseph u Andrea fejn ser niskorpru l-ħsibijiet tagħhom matul l-avventura. Ser naraw ukoll filmati li ħadu l-parteċipanti tal-ewwel ikla tagħhom hekk kif waslu lura Malta.



Apparti li nsiru nafu min ser ikun ir-rebbieħ/a ta’ Liquorish ta’ din is-sena ser niskopru l-ewwel żewġ parteċipanti għas-sena d-dieħla. Kollox lest sabiex illejla niskopru r-rebbieħ/a, tgħid min ser ikun? 

Liquorish illejla fit-8:30 ta’ filgħaxija fuq ONE. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI