Waqt il-maratona ta’ Missio li saret ilbieraħ, inġabret is-somma ferm sabiħa ta’ €574,145 mill-ġeneroità tal-poplu Malti u Għawdxi. Din kienet maratona immirata li tiġbor fondi biex ikunu jistgħu jitwettqu proġetti missjonarji f’pajjiżi fil-bżonn.
U dan meta niftakru li d-dinja kollha nkluż pajjiżna, hriġna minn pandemija li niżżlitna xi ftit l-isfel… imma l-poplu Malti jibqa’ jgħin b’entużjażmu!
Fl-Afrika hemm madwar 52 miljun orfni. Kull wild għandu l-istorja tiegħu bit-tbatijiet u esperjenzi xejn sbieħ li kapaċi toffri l-ħajja wkoll.
Bis-saħħa ta’ dawn il-flus, proġetti bżonnjużi ser ikunu possibbli fosthon li jsiru spieri apposta għall-ħażna tal-ilma. Jekk tridu tkomplu tagħtu l-għajnuna tagħkom, tistgħu żżuru www.missio.org.mt
Prosit lil dawk kolha li taw sehemhom waqt din il-maratona, b’mod speċjali lill-poplu kollu tal-qalb kbira tiegħu!
Ritratt: Facebook/ Missio Malta