Danusan flimkien ma’ Stephanie Chircop se jkunu qed jirritornaw fuq it-televiżjoni bi programm ġdid bl-isem ta’ ‘Imbarazzanti!
‘Imbarazzanti’ se jkun programm li jinvolvi ħafna l-ambjent. Daniel, Sander u Stephanie se jkunu qiegħdin jisfidaw lilhom infushom f’attivitajiet bi skop li jkomplu jinfurmaw lill-Maltin fuq l-investimenti u t-tibdiliet li qed isiru sabiex tinbena soċjetà b’mentalità aktar favur l-ambjent.
Xi setturi li se jesploraw huma l-biedja, l-enerġija mill-baħar u mir-riħ u l-iskart.
Dan il-programm se jkun qed jagħti l-opportunità lis-segwaċi sabiex jipparteċipaw fl-isfidi u l-attivitajiet. ‘Imbarazzanti’ se jkun qed jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fit-8.30pm!
Eċċitati biex tarawh?