L-għaqda Puttinu Cares għadha kemm xerrdet storja ta’ ispirazzjoni u kuraġġ għal min tant għandu bżonn f’dawn il-mumenti. Huma jaqsmu l-istorja ta’ Josefa, il-mara li qed tieħu l-kura ġewwa Londra bħalissa.
Illum jaħbat għeluq sninha, u minkejja bħalissa mhux żmien faċli, xorta waħda tara kif tagħmel u tgħin lil ħaddieħor. “Għalkemm il-ġimgħa d-dieħla se tmur lura Londra għall-kura, taħseb f’ħaddieħor billi tgħinhom permezz ta’ ġbir ta’ fondi bħala rigali f’għeluq sninha.”
Puttinu Cares iħeġġu lill-pubbliku jkun ġeneruż ukoll! “Iċċelebraw ma’ Josefa f’għeluq sninha u agħtu donazzjoni ħa tagħmluha kuntenta.” Awguri Josefa u prosit ta’ dan il-ġest nobbli f’għeluq sninek!