Il-paġna lokali Aġġornament tat-Temp f’post ilbieraħ tikteb, “Irridu nistennew 18 ta’ Settembru biex ngħidu ghandna ġurnata bi ftit riħ. Naħseb ġà. Għandkom idea x’temp qegħdin nantiċipaw… Riħ bil- Majjistral Qawwi… Diffiċli nimlew xi bir hawn Malta!”
Huma jiktbu, “Għada l Erbgħa temp mistenni jkun ftit imsaħħab li jsir xemxi b’riħ forza forza 5 Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 28°C u l inqas 22°C. Il-Ħamis, ftit imsaħħab b’riħ forza 4 għal 5 Majjistral. Temperatura l għola tmiss 28°C.”
Huma jżidu, “Il-Ġimgħa ftit imsaħħab bil-possibilità ta’ xi xita. Riħ forza 4 għal 5 Punent Majjistru li jdur Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 28°C. Is-Sibt ftit imsaħħab b’riħ forza 5 Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 25°C u l-inqas 20°C. Il-Ħadd ftit imsaħħab b’riħ forza 5 Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 26°C u l-inqas 21°C.”