Is-sit Lovin Malta tkellmu ma’ xi ġenituri li rrakkuntaw kif uliedhom ukoll baqgħu waħidhom fil-vann tal-iskola, u sfaw imwerwra malli sabu ruħhom weħidhom. Il-ġenituri rrappurtaw lill-kumpanija minnufih, u milli jidher saru xi tibdiliet.
Ġenitur oħra tgħid li bintha raqdet fil-vann u ħadd ma nduna biha u qajjimha. Din malli qamet u ndunat li mhix l-iskola, mbeżża’ marret tistaqsi lis-sewwieq biex jeħodha l-iskola. Oħrajn kritikaw il-fatt li m’hemmx xi ħadd inkarigat biex jagħmel supervision fil-vannijiet tal-iskola.
Missier jgħid ma’ Lovin Malta li qabel kien hemm app li din kienet tindika fejn jinsab il-vann li fih hemm uliedhom permezz ta’ mappa. Madankollu jidher li dan is-servizz m’għadux jingħata skont il-ġenitur.
Intom għaddejtu minn xi esperjenza simili? X’qed jiġri?