Il-kumpanija Moderna, waħda minn dawk li ħarġu b’vaċċin għal kontra l-Covid-19, issa ħarġet ukoll vaċċin għal kontra l-HIV.
L-HIV hija marda li għad m’hawnx kura għaliha u għalkemm hemm modi kif tipprevjeni li jkollok l-HIV, dawn il-medikazzjonijiet hemm bżonn li jittieħdu kuljum. Fl-Amerka biss hemm mal-1.2 miljun persuna li huma nfettati bl-HIV.
Dan il-vaċċin se jkun qed jiġi ttestjat fuq 56 persuna li għandhom minn 18 sa 50 sena u se jkunu qed jaraw l-effiċjenza tiegħu u jaraw ukoll x’effetti jista’ jkollu fuq il-persuni.
