"Numri Għoljin Erġajna" – X'Hemm Mistenni Llum?

Wara ftit jiem ta’ numri baxxi, jidher li n-numri tal-Covid-19 li għandna nistennew illum reġgħu żdiedu tul l-aħħar sigħat. Gerald Fenech fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook ħabbar li erġajna għandna numri għoljin għalkemm ma tax indikazzjoni ta’ kemm jistgħu jkunu dawn in-numri.





Mill-banda l-oħra, it-tabib Frank Portelli qal li sat-08:00 ta’ dalgħodu kien hemm 130 każ pożittiv, li hu numru kemxejn għoli speċjalment meta mqabbel ma’ dawk tal-aħħar jiem, bl-unika eċċezzjoni jkunu n-numri ta’ nhar is-Sibt.



Iz-Zija TT wkoll kitbet li għandna nistennew madwar 130 każ, u ftit wara qalet li telgħu għal 140 il-każijiet pożittivi. Nistennew in-numri uffiċjali fin-12:30, iżda jidher biċ-ċar li dan il-virus għadu magħna u rridu noqogħdu attenti.

It-tilqim għaddej ġmielu iżda qabel ma jintlaħaq ċertu numru ta’ tilqim, wieħed għandu jimxi mal-mezzi ta’ mitigazzjoni, jilbes il-maskri u jevita li jkun f’ħafna nies.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI