Il-parrukkier Justin M Parnis ftit sigħat ilu xtaq iqajjem punt rigward x’qed jitħallew u mhux jitħallew jagħmlu n-nies meta jżuru postijiet differenti madwar Malta.
L-argument huwa marbut mal-ilbies tal-maskri u kif l-importanza li wieħed jilbisha bħal qisu mhix ċara biżżejjed. “Nipretendi li jekk nagħmlu xi ħaġa nagħmluha sew mill-bidu u b’naqra iktar ħsieb … jew nies fil-publiku kulħadd biha jew le, jew il-ħwienet kollha jew le mill-ewwel, mhux dawk minajrha, u dawk minajrha mma ġo dawn tridu tilbsuha… bħal li kieku minn go dal-post tista tieħu il-virus imma min dan ma tistax… aqtgħu linja għal kulħadd”.
Fil-fatt il-punt tiegħu għamlu ċar u mingħajr ebda ġlied jew politka xtaq iwassal messaġġ biex min qed jieħu dawn id-deċiżjonijiet jikkunsidra lil kulħadd. Int taħsibha bħal Justin rigward l-użu tal-maskra?
Facebook/ Justin M Parnis