“Impressjoni Artistika Tal-Mod Kif Affrontajna l-COVID-19” – DPM Chris Fearne Ifaħħar Lill-Artist Liam Spiteri

Id-Deputat Prim Minstru Dr. Chris Fearne żvela li ltaqa’ maż-żgħażugħ artist Liam Spiteri li bil-mod kreattiv tiegħu interpreta kif affrontajna s-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’Malta.





“Impressjoni artistika tal-mod kif affrontajna l-#Covid19 mill-lenti tal-artist żgħażugħ Liam Spiteri – Grazzi Liam,” qal Dr. Fearne.



Il-pittura diġitali tidher li ġiet ispirata mill-karattri fittizji ta’ The Avengers. F’dan il-każ, it-tobba u l-infermiera huma s-superheroes tagħna li fil-pittura jidhru qed jissieltu kontra l-għadu li huwa l-Coronavirus.

Prosit Liam! Żgur mhux forsi li għandek karriera lesta quddiemek fil-qasam tal-arti diġitali.

Facebook/Chris Fearne

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI