Bil-Filmat: "Bqajt Miegħu Sakemm Għalaq Għajnejh" – Gillian Attard Dwar Hope U L-Imħabba Lejn Iż-Żwiemel

Melanie Kelly titkellem mal-kantanta lokali Gillian Attard, fejn niskopru aktar dwar il-passat tagħha, dwar ħajjitha, kif ukoll dwar dawk l-affarijiet li tant jagħmluha kuntenta, fosthom l-annimali.

Niskopru l-imħabba enormi li għandha lejn l-annimali. Mhux biss klieb u qtates iżda anke żwiemel u ħmir. Iva, sewwa qrajtu. Minn mumenti tassew serju u kemxejn tqal, għal mumenti aktar leġġeri.

Gillian issemmi li dejjem salvathom jew adottat żwiemel aktar milli xtrathom. Tirrakkonta t-telfa ta’ Hope, żiemel li weġġa’ u sfortunatament tilef ħajtu. “Wieħed minnhom kien il-qalb ta’ qalbi… Hope, dan bqajt miegħu sakemm għalaq għajnejh. Weġġagħli fl-għalqa stess, daħlitlu injama, għamilt ġimgħa kuljum miegħu, tgħallimt anke kif indewwi żiemel.”

Segwi aktar hawn taħt:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI