Waqt il-World Super Bike tal-lum seħħ inċident kbir li ħalla sewwieq żagħżugħ ta’ ħmistax-il sena mejjet!
Is-sewwieq tal-muturi Dean Berta Vinales miet fl-età tant żgħira ta’ ħmistax-il sena waqt li kien qiegħed itellaq bil-mutur u ħabat ma’ tliet sewwieqa oħra. Dak il-ħin, it-tellieqa kienet waslet fil-ħdax-il dawra tagħha.
Hekk kif ġara dan l-inċident serju, id-Direttur tat-tellieqa xejjer bandiera ħamra biex iwaqqaf it-tellieqa. Dan l-inċident tant kemm ħalla ġrieħi serji fuq iż-żagħżugħ li ċ-Ċentru Mediku ma rnexxilhomx jippruvaw isalvawh għax sfortunatament kien laħaq miet!
