Kemm jekk int persuna popolari ma’ Malta kollha u kemm jekk le, naħseb kollha naqblu li tagħmel x’tagħmel jew tmur fejn tmur, se ssib in-nies li jgħidu jew jaħsbu fuqek. U sfortunatament, dawn il-ħsibijiet ġieli jkunu aktar negattivi milli pożittivi. Il-kok famuż Daniel Grech kiteb messaġġ qasir dwar dan.
Fuq il-midja soċjali, Daniel qal ammetta: “Kont nagħti kas ħafna ta’ dak li jgħidu jew jaħsbu n-nies fuqi.” Imma jidher li Daniel m’għadux li kien: “Il-mument li waqaft nagħti kas kien il-mument li ħassejtni ħieles,” qal, filwaqt li permezz ta’ hashtags kiteb “agħmel il-ħaġa tiegħek” u “għix ħajtek”.
Personalment ma naħsibx li Daniel seta’ jgħidha aħjar. Messaġġ qasir imma effettiv wisq. L-enerġija tagħna għandha niffukawha fuq l-għanijiet li għandna f’ħajjietna, mhux x’qed jgħidu jew jaħsbu n-nies fuqna.
Facebook/Daniel Grech