"Il-Messaġġ Wara Din L-Għawma Kuraġġuża Ta’ Neil Huwa Wieħed B’Saħħtu" – Il-Prim Ministru Robert Abela

Il-messaġġi dwar Neil fuq il-mezzi soċjali huma numerużi. Ftit tal-ħin ilu, xeħet il-Prim Ministru ta’ Malta fejn qal, “Nifraħ lil Neil Agius li aktar kmieni dalgħodu temm b’suċċess l-għawma tiegħu bejn Sqallija u Malta. Il-messaġġ wara din l-għawma kuraġġuża ta’ Neil huwa wieħed b’saħħtu u li rridu nibqgħu naħdmu favurih flimkien b’aktar impenn.”





Il-Prim Ministru Robert Abela enfasizza fatt importanti ħafna, “Bi sforzi żgħar u b’responsabbiltà akbar fl-imġiba tagħna lejn l-ambjent, id-dinja li ngħixu fiha tisbaħ għal għada aħjar.” Aħna għandna nkunu li nieħdu ħsieb id-dinja li qed ngħixu fiha u bil-ftit ta’ kulħadd tista’ ssir differenza kbira ħafna. B’hekk kulħadd għandu jingħaqad għal għan wieħed. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI