Il-President tal-MUMN Paul Pace kiteb fuq Facebook iddispjaċut li minħabba ż-żida ta’ każijiet ta’ Covid-19 minħabba attivitajiet tal-massa hemm infermiera fi kwarantina. “Aktar minn 30 infemier jinsabu taħt kwaratina imċaħdin mill-familji u t-tfal tagħhom” stqarr il-president.
Is-sur Pace ħabbar ukoll li fil-jiem li ġejjin ser jittieħdu passi u azzjonijiet li jipproteġu lill-infermiera.
Solidarjetà mal-infermiera, tobba u l-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.