Wasal fejn ebda Malti ma kien ghadu wasal! Iżda kif spiċċat l-avventura ta’ Ryan fuq Ellen? Ellen iddeċidiet li jkollha Olimpjadi speċjali peress li kellha udjenza minn madwar id-dinja.
Hi tistqarr li din kienet l-iktar udjenza internazzjonali li qatt kellha fuq dan il-programm. Ryan kien mistieden jilgħab dawn l-Olimpjadi ma’ tfajla mill-Mali u tfajla mill-Belġju.
L-Olimpjadi ma kienu xejn speċjali ħlief l-isfida tal-bottle flip. Jidher li Ryan kellu bżonn naqa prattika għax spiċċa fit-tielet post u ma rnexxilux jagħmel il-famuża bottle flip.
Ir-rebbieħa spiċċat kellha tkanta l-ewwel żewġ linji tal-innu nazzjonali iżda jidher li ma kinitx tafhom u minflok spiċċat kantat l-innu nazzjonali Amerikan.
Ninsabu ċerti li Ryan kien ħa jkanta l-linji tal-Innu Malti mill-qalb kieku rebaħ din l-isfida. M’hemmx tagħmel Ryan, aħna ħafna gost narawk!
Facebook / Ryan Calleja